Fl-Awstralja ħarġu diversi twissijiet dwar il-periklu għas-saħħa fost mewġa tas-sħana attwali…Dan meta bħalissa, miljuni ta’ nies qegħdin jiċċelebraw il-festa nazzjonali magħrufa bħala Australia Day.
It-temperaturi fl-Awstralja mistennija jilħqu l-ogħla livell nhar it-Tlieta, bl-Istati ta’ Victoria u South Australia għandhom jirreġistraw temperaturi ‘il fuq sew minn 40 gradi Celsius.
L-Istat ta’ South Australia, fi tmiem il-ġimgħa, irreġistra temperaturi ta’ kważi 49 grad Celsius fost it-twissijiet dwar il-potenzjal kbir għal nirien f’numru ta’ zoni.
Fil-fatt, kellhom jitħassru xi avvenimenti għal Australia Day minħabba s-sħana estrema u bħala miżura għall-ħarsien tas-saħħa pubblika…Fost l-avvenimenti li tħassru kien hemm parata u show tal-lasers fil-belt ta’ Adelaide fejn is-sħana rekord mistenni li jkompli sa, almenu, tmiem il-ġimgħa.
//= $special ?>

