Lokali Parlament

Malta għandha tħares l-interessi tal-poplu Malti f’kull deċiżjoni li tieħu fl-UE

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg sostna fil-parlament llejla li Malta għandha tħares l-interessi tal-poplu Malti f’kull deċiżjoni li tieħu fl-UE.

Din il-pożizzjoni l-Kap tal-Oppożizzjoni esprimiha meta kien qed jitkellem fil-parlament wara stqarrija ministerjal tal-Prim Ministru Robert Abela li fiha ta dettalji dwar l-aħħar laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew li ddiskuta r-relazzjonijiet transatlantiċi. Il-Prim Ministru qal li l-futur ta’ Greenland għandu jkun deċiż mill-poplu ta’ Greenland u tad-Danimarka u sostna li Malta tippreferi li jsir kull sforz biex ma jkunx hemm eskalazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti.

L-UE għandha tkun imħejjija għal kul eventwalità, sostna l-Prim Ministru, li qal li kien kawt u wera solidarjetà mal-poplu ta’ Greenland u tad-Danimarka. Il-Prim Ministru qal li qed issir ħsara b’dikjarazzjonijiet mgħaġġla u appella biex ma jintużawx metodi populisti.

Robert Abela kompla li din hi sitwzzjoni ġeopolitika li fiha d-dinja ma ratx bħalha fl-aħħar għexieren ta’ snin. Hu żied li l-gvern mhuwiex se jaqa’ għall-populiżmu u qal li ma jaqbilx mal-vġili li se ssir quddiem l-Ambaxxata Amerikana. Filwaqt li qal li l-gvern hu favur il-liġi internazzjonali, il-Prim Ministru sostna li ħadd m’għandu jfajjar kliem bl-addoċċ.

Il-Prim Ministru qal li kien diżappuntat li bl-atteġġjament tal-Oppożizzjoni maru fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin li sar l-ġimgħa li għaddiet. Dwar il-Bord tal-Paċi, propost mill-President Donald Trump, il-Prim Ministru qal li l-maġġoranza tal-membri fl-UE għadhom ma ddeċidew dwar is-sħubija f’dan il-bord.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg kkwota lil Antonio Costa li fiha li qal li lppli ta’ Greenland u d-Danimarka għandhom l-appoġġ tal-UE u sostna li din hi konferma mal-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni fil-Kumitat Parlamentari; li ma kinitx mozzjoni kontra l-gvern iżda li ġġib għaqda bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fil-kuntest tal-valuri li tħaddan l-UE. Fl-UE l-gvern imbagħad għamel mod ieħor u mexa fuq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni.

Alex Borg kompla li l-Kunsill iltaqa’ f’mumenti ta’ inċertezza kbira u fl-isfond ta’ gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajina, instabbiltà fil-Lvant Nofsani, fl-isfond tad-dikjarazzjoni inkwetanti ta’ Trump fil-konfront tan-NATO u l-UE u fl-isfond li Greenland issir territorju tal-Istati Uniti. Dawn huma stqarrijajiet ħżiena li ħolqu tensjoni internazzjonali L-UE mhijiex biss proġett ekonomiku iżda rispett lejn is-sovranità, l-integrità lejn it-territorji. Il-PN jemmen li l-futur ta’ Greenland għandu jkun deċiżjoni mill-poplu tiegħu stess,

Il-Kap tal-PN kompla li dan għandu jsir fl-isfond tas-saltna tad-dritt u żied li din il-kwistjoni tmiss il-qalba tal-ordni internazzjonali li minnu Malta tibbenefika. Hu żied li meta dan iseħħ l-istati żgħar iħallsu l-prezz l-ewwel; għalhekk l-UE għandhom jibqgħu sodi f’dawn il-mumenti delikati.

Alex Borg żied li r-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-UE kienet mibnija fuq ir-rispett reċiproku li wasslet għal stabbiltà għad-dinja u għalhekk il-kooperazzjoni transatlantika għandha tissaħħaħ. Dan jista’ jseħħ biss jekk ikun hemm rispett reċiproku, sostna Alex Borg, li kompla li l-Kunsill Ewrope Informali ddiskuta s-sigurtà Ewropea, ir-reżiljenza u l-kapaċità tal-UE li taġixxi f’dinja iktar frammentata. L-UE għandha tieħu responabbilta ikbar għad-difiża tagħha fil-qafas kostituzzjonali tal-istati membri.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni appella lill-Prim Ministru biex f’kull deċiżjoni li tieħu dejjem iħares l-interessi ta’ Malta fit-tul b’deċiżjonijiet favur il-poplu Malti. L-ambigwità, is-silenzju u l-logħob bil-kliem huma l-aħħar ħaġa lil-poplu Malti jrid mingħand il-gvern tiegħu, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li bħala membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Fl-aħħar ġimgħatejn saru laqgħat dwar Greeland u l-Iran u staqsa jekk hawn xi kumitat parlamentari fid-dinja li ltaqa’ u jiddiskutix dawn il-kwisonijiet. Hu staqsa xi skop kellu l-Prim Ministru jattakka lill-kumitat parlamentari għax iddiskuta dawn is-sitwazzjonijiet. Il-mozzjoni li ressaq il-PN hi identika mal-pożizzjoni li ħa l-Prim Ministru imma ġimgħatejn tard u f’linja ma’ dik li ħadu pajjiżi barranin sħab ta’ Malta. Hu saqsa x’kien hemm oġġezzjonabbli f’din il-mozzjoni tant li kien hemm qbil miż-żewġ naħat iżda fl-aħħar inbidlu l-affarjiet.

Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami qal li l-Prim Ministru diżonest li ppjana l-laqgħa waqt id-diskussjonijiet fl-UE u kien iċ-Chairman Laburista li talab li di il-laqgħa ssir propju f’dik il-ġurnata. Fuq parir taċ-Chairman stess kien mistieden uffiċjal mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin mingħajr intimidazzjoni ta’ xejn kif allega l-Prim Ministru.

Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco staqsa jekk ajqbilx mal-kontenut tal-mozzjoni dwar id-dritt li l-poplu ta’ Greenland jiddeċiedi għalih innifsu u mal-kontenut tal-mozzjoni favur id-drittijiet tal-poplu ta’ Greenland. Hu qal Malta kellha turi empatija ma’ Greenland għaliex għamel sekli sħaħ dominati minn pajjiżi oħra. Għalhekk Malta kellha turi soldiarjetà mad-Danimarka. Hu staqsa jekk Malta intalbitx tkun membru fil-Bord tal-Paċi.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern Maltiu għandu stedina informali biex jipparteċipa fil-Bord tal-Paċi irrispettivament minn x’jgħidu pajjiżi tal-UE iżda għadu ma ddeċidiex.