Mill-filmati ta’ Wied il-Għajn sax-xeni drammatiċi f’Għar Lapsi – is-servizz li offra Net Television matul il-ġimgħa li għaddiet kien wieħed segwit minn eluf ta’ persuni f’pajjiżna, u anke lil hinn.
Fil-fatt, data li għandu f’idejh dan is-sit tikkonferma li Net News kien aktar segwit minn TVM u mill-One waqt il-jiem tal-maltempata Harry. Dan b’referenza partikolari għall-filmati li konna qed inxandru u r-reels li ppubblikajna kemm fuq Facebook u anke fuq Instagram u TikTok.
Fost dawn ir-reels, kien hemm tnejn partikolari li komplessivament kellhom aktar minn 5 MILJUN VIEW fuq il-Facebook Page ta’ Net News.
Dawn in-numri jaqbżu sew anke pjattaformi kompetituri oħrajn bħat-Times u LovinMalta.
Wieħed mill-filmati ta’ Net News kien juri l-mewġ li dieħel b’saħħa lejn ix-xatt ta’ Marsaskala, u l-baħar ikaxkar dak kollu li sab quddiemu. Dan ir-reel kellu madwar 2.7 miljun view.
Imbgħad kien hemm ukoll il-filmat tal-ħaddiema li nqabdu f’ġelaterija waqt li marru biex jaraw xi ħsarat ħalliet il-maltempata Harry. Anke dan ir-reel kellu 2.7 miljun view fuq Facebook.
Fuq kollox, il-pjattaformi tagħna kienu sors ewlieni ta’ informazzjoni għal dawk kollha li kienu qed isegwu din is-sitwazzjoni tiżviluppa, fejn wassalna filmati LIVE minn Tas-Sliema kmieni filgħodu fl-eqqel tal-maltempata, filmati tal-effetti taċ-ċiklun Harry fuq Għawdex, kummenti ta’ diversi persuni li ġarrbu ħsarat, u anke intervisti mal-uffiċjali li kienu frontliners fl-eqqel tal-emerġenza.



