Mietu talanqas 12-il persuna fost maltempata ta’ qilla rari li ħakmet lill-Istati Uniti u fejn irriżultaw ukoll ħsarat kbar għall-infrastruttura – b’madwar 800,000 residenza jispiċċaw mingħajr provvista tad-dawl.
Il-kundizzjonijiet, fl-aħħar sigħat, kienu perikolużi għall-aħħar, fost is-sitwazzjonijiet għall-alert f’numru ta’ Stati — minn Texas sar-reġjun ta’ New England. Dan waqt li matul dan it-temp estrem spikka l-inżul tal-borra, fost ix-xita qawwija u l-kesħa tremenda…Sitwazzjoni li wasslet anki għall-għeluq tal-iskejjel –b’aktar minn 11,000 titjira (fosthom it-titjiriet interni) jispiċċaw ikkanċellati.
L-imwiet mill-maltempata kienu irrappurtati f’diversi Stati, fost il-konferma li f’Louisiana mietu xi nies bl-effetti tal- ipotermja u b’imwiet oħrajn ikunu konfermati anki f’Texas, Kansas u Tennessee.
Intant, fi New York, tilfu ħajjithom ħames persuni għalkemm għadu mhux magħruf eżattament x’wassal għal dawn l-imwiet.
Min-naħa tagħhom, l-uffiċjali f’numru ta’ Stati insistew biex in-nies jibqgħu ġewwa u jevitaw li jivvjaġġaw.
Mifhum, fl-istess ħin, li din il-maltempata tista’ taffettwa madwar 180 miljun persuna madwar l-Istati Uniti.
//= $special ?>

