Lokali

AĠĠORNATA: Tfittxija għal tifla ta’ 13-il sena li waqgħet fil-baħar fiċ-Ċirkewwa

Membri tal-AFM, Pulizija u CPD għaddejin bi tfittxija għal tifla li waqgħet il-baħar fiċ-Ċirkewwa, u sa issa għadha ma nstabitx.

Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu.

Bħalissa fil-post għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija għal din it-tifla li tkaxkret bil-mewġ u r-riħ qawwi li llejla ħakem iz-zona.

Preżenti hemm ukoll timijiet mill-isptar Mater Dei.

Rapporti qed jindikaw li ħuha ta’ 14-il sena, li kien magħha, irnexxielu jiġi salvat.

It-tfittxijiet qed isiru kemm b’ħelikopter fiz-zona tal-port taċ-Ċirkewwa, kif ukoll fuq il-baħar – għalkemm il-kundizzjonijiet tat-temp qed jagħmluha aktar diffiċli. Fil-fatt, f’dawn is-sigħat ir-riħ kellu jitqawwa għal Forza 8.