Lokali

Tkompli t-tfittxija għat-tifla ta’ 13-il sena li waqgħet fil-baħar – kienet Malta mal-familja għal btala

Membri tal-AFM, Pulizija u CPD għaddejin bi tfittxija għal tifla li waqgħet il-baħar fiċ-Ċirkewwa, u sa issa għadha ma nstabitx.

Ħuha – li ghandu 17-il sena – irnexxielu jiġi salvat minn missierhom li fit-tentattiv li jipprova jsalva lil uliedu spicca ferut. Net News jista’ jikkonferma li l-familja kienet vaganza Malta.

Sa tard bil-lejl fil-post kienet għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija għal din it-tifla li tkaxkret bil-mewġ u r-riħ qawwi li llejla ħakem iz-zona.

Preżenti hemm ukoll timijiet mill-isptar Mater Dei.

It-tfittxijiet qed isiru kemm b’ħelikopter fiz-zona tal-port taċ-Ċirkewwa, kif ukoll fuq il-baħar – għalkemm il-kundizzjonijiet tat-temp qed jagħmluha aktar diffiċli. Fil-fatt, f’dawn is-sigħat ir-riħ kellu jitqawwa għal Forza 8.