Minn hawn u sentejn oħra għandu jitlesta l-proġett ta’ espansjoni fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ajruport li nfetaħ grazzi għal viżjoni ta’ Gvern Nazzjonalista lura fl-ewwel ta’ Jannar tal-1992.
Dan hekk kif f’konferenza tal-aħbarijiet il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Alan Borg spjega li s-sala tat-terminal tat-tluq se tkun qed tiġi rinnovata grazzi għal 5 bibien ta’ tluq u ieħor għall-membri tal-ekwipaġġ.
Dan flimkien ukoll ma’ 32 check in desk ġdid li se jingħaqdu mal-35 check in desk preżenti, sistema avvanzata ta’ makkinarju għal bagalji kif ukoll 1,000 metru kwadru bħala spazju għal passiġġieri – u 5,000 metru kwadru ieħor għall-operazzjonijiet tal-ajruport.
Huwa wiegħed li grazzi għal ħidma sfieqa tal-ħaddiema u kull min hu involut f’dan il-proġett, din l-espansjoni se tkun lesta sal-2028.
Borg spjega li dan il-proġett huwa wieħed ta’ sfida kbira madanakollu bżonjuż hekk kif huwa stmat li l-ajruport Malti jospita mat-22,000 passiġġier kuljum fix-xitwa u medja 32,000 passiġġier kuljum fix-xhur tas-sajf.
Huwa insista li l-għan ta’ dan il-proġett mhux li jiżdiedu n-numru ta’ passiġġieri iżda li jingħatalhom servizz aħjar biex jaqdi għal ħtiġijiet moderni tal-lum.
//= $special ?>

