Il-kampanja nazzjonali dwar il-Ġimgħa tal-Ġustizzja Soċjali se tkun qed issir bejn is-16 u l-20 ta’ Frar.
Il-kampanja lilha ssir 8 snin, u hi organizzata mid-Deputat Ivan Bartolo.
L-idea ta’ din il-ġimgħa bdiet b’laqgħa ta’ siegħa, li għaliha attendew mal-50 persuna. Illum, tmien snin wara, il-kampanja kibret fuq livell nazzjonali, u minn kamra tesa 50 ruħ, il-kampanja spiċċat fil-Parlament ta’ Malta, u xterrdet f’postijiet oħra matul dik il-ġimgħa.
Din is-sena l-kampanja se tkun bejn is-16 u l-20 ta’ Frar. Jekk interessat tingħaqad f’din il-kampanja, tkellem mal-organizzaturi tal-kampanja.
Għal din il-konferenza Ivan Bartolo stieden lill-kantanta Taljanana u r-rebbieħa ta’ Sanremo, Annalisa Minetti, li se tindirizza din il-Konfernza dwar il-Ġustizzja Soċjali.
Iż-żagħżugħa Annalisa Minetti se tkun Malta fit-18 ta’ Frar u rebħet Sanremo bil-kanzunetta mill-isbaħ bl-isem ta’ Senza te o con te.
//= $special ?>

