Lokali Parlament

170 NGO bbenefikaw minn programmi ta’ Fondi Ewropej

170 NGO bbenefikaw minn diversi programmi ta’ Fondi Ewropej amministrati b’mod dirett bejn l-2022 u l-2024, mill-Ministeru għall-Fondi Ewropej u għall-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, kif ukoll minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu.

L-ammont ta’ NGOs li bbenefikaw b’mod dirett minn diversi programmi ta’ Fondi Ewropej tah fil-Parlament Strefan Zrinzo Azzopardi, il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali; meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.