Lokali

Anke Jason Micallef iwissi lil Robert Abela biex ma jaċċettax l-istedina għall-‘Bord tal-Paċi’

Wara l-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras, issa kien imiss lid-Delegat Speċjali tal-Partit Laburista Jason Micallef li jwissi lill-Prim Ministru Robert Abela biex ma jaċċettax l-istedina biex Malta tkun parteċipi fil-‘Bord tal-Paċi’

Micallef wassal dan il-messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebook, fejn bosta rħewla biex jikkritikaw il-possibbiltà li l-Prim Ministru jaċċetta din l-istedina.