Lokali Parlament

Appell biex Maltija li ddefendiet lil-Lhud fl-Italja Faxxista tkun rikonoxxuta

Il-parlament Malti fakkar l-Olokawst

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia llejla appella fil-parlament biex iċ-ċittadin Maltija Henriette Chevalier tkun rikonoxxuta għall-ħidma li wettqet biex salvat il-ħajja ta’ mijiet ta’ ċittadini quddiem ir-reġim Faxxista Taljan fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Dan l-appell l-Ispeaker għamlu meta l-parlament fakakr l-Olokawst b’diskros oħra tal-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici u x-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Politika Barranija Beppe Fenech Adami.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia tkellem dwar l-esperjenza tiegħu meta żar kamp ta’ konċentrament fl-2009 u qal li l-Olokawst m seħħx għax in-nies ma kinux jafu x’inhu għaddej iżda għax minkejja li ħafna nies fehmu dawn aċċettaw bis-skiet perfett ta’ ġnus.

L-Olokawst kien frott ta’ sistema li tħaddmet u ta’ ordnijiet eżekwiti f’dinja li wkoll kienet tqis lilha nnfisha moderna u avvanzata. Hu qal li llum id-dinja hi iktar teknoloġika, esposta u mgħaġġla iżda xorta hemm pajjiżi u reġjuni b’inġustizzja kbar tant li hawn seba biljun persuna li mhumiex f’pajjiżhom iżda mifruxa.

L-Ispeaker qal li l-poplu qed jara biss l-istatistika għaliex l-atroċita qed issir iktar faċli u qed issir rutina. Hu kompla li din hi kwistjoni ta’ responsabbiltà li tibda mill-parlament u mid-deċiżjonijiet li jittieħdu u dawk li ma jittieħdux.

Hu qal li fit-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm Maltija miż-Żejtun Henrette Chevalier li kienet tgħix Ruma u l flimkien mal-qassis Robert Pace kienu jħarrbu lil-Lhud u jostakolaw lir-Reġim Faxxista fl-Italja. Din il-mara ħarrbet mijiet ta’ ċittadini u għalhekk għandha tkun rikonoxxuta għal dak li wettqet. L-Istat ta’ Iżrael għandu jkun jaf li kien hemm Maltija li tat kontribut tbiex ikunu salvati l-ħajjiet, sostna l-Ispeaker.

Ix-Shadow Minister għall-Politika Barranija Beppe Fenech Adami qal li l-parlament qed ifakkar wieħed mill-iktar kapitlu mudlama fl-istorja dinjija; l-Ollokawst. Hu qal li fl-Ollokawst miljuni ta’ rġiel, nisa u tfal inqatlu għax kienu vittmi ta’ ideoloġija ta’ mibgħeda.

Dan ma kinx inċident tal-istorja iżda riżultat ta’ azzjonijiet magħmula mninn mexxija li jiddiskriminaw u li jagħlqu għajnejnhom u jeqirdu. Iż-żmien m’għandu qatt itaffi dak li seħħ għaliex fin-nofs kien hemm ġenerazzjonijiet li ġew meqruda f’kampijiet li isimhom sar simbolu ta;’ krudelta umana.

L-Olokawst hu tat-kexkix, fejn il-liġi kienet mgħawġa biex tiġġustifika l-inġustizzja. Il-ġenoċidju jibda bil-kliem u jibda meta lin-nies issiirilhom tikketta u jibda meta l-‘aħna u huma’ jieħdu post l-umanità u meta l-mibgħeda ssir normali. L-Olokawst jgħallem li d-dekmokrazija u l-isituzzjonijiet mhumiex biżżejjed jekk dawn ma jkunux imsejsa fuq ir-rispett lejn il-ħajja. L-Olokawst seħħ anki b’riżultat ta’ dawk li baqgħu siekta bl-inġustizzja tiddomina.

Id-deputat Nazzjonalista qal li ċ-ċaħda tal-Olokawst tkun imxerda feq il-media soċjali fuq iż-żminijiet tal-lum u kompla li meta dan iseħħ tkun qed titħejja t-triq għall-estremiżmu. Hu qal li s-soċjetà għandha titkellem kontra l-inġustizzji anki f’Malta u żied lis-soċjetà għandha tirreżisti l-mibgħeda.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li l-Olokawst għamel għadu mill-ġirien ejn il-qerda ma bdietx mill-kmamar tal-gass iżda bi kliem li joħoloq għedewwa u problemi fis-soċjetà.

Din kienet traġedja li ħalliet sitt miljuni Lhudi maqtula b’mekkaniżmu statli u politiku; din mhijiex storja tal-passat li ma tistax terġa’ ssir għaliex tista’ tirrepeti lilha nnifsha. Hu qal li min ma joffrix soluzzjonijiet jipprova jsib soluzzjonijiet foloz u jipponta subajh lejn id-dgħajfa.

Għal sekli sħaħ il-Lhud kienu assoċjati ma atti malizzjużi li ma kellhom l-ebda rabta mgħhom. Il-periklu jibda meta l-Istat, l-istituzzjonijiet, l-edukazzjoni u l-media jaddottaw dawn l-atti. It-tifkira tal-Olokawst mhijiex tifkira tal-passat iżda preżenti kontra l-estremiżmu. Jeħtieġ issir riflessjoni dwar il-Lvant Nofsani fejn hemm xeni ta’ tbaija kbira, sostna l-Ministru Owen Bonnici.