L-applikazzjonijiet online għal ‘Applikanti Oħra’ għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex għas-sena skolastika l-ġdida se jiftħu l-Erbgħa 28 ta’ Jannar.
In-numru totali ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 799 (722 f’Malta u 77f’Għawdex). L-applikazzjonijiet għall-iskejjel f’Malta u f’Għawdex se jintlaqgħu bejn l-Erbgħa 28 ta’ Jannar u l-Erbgħa 4 ta’ Frar, kif ukoll bejn l-Erbgħa 11 u l-Erbgħa 18 ta’ Frar 2026. L-applikazzjonijiet għal każijiet ta’ ażil jiftħu f’Marzu. Total ta’ postijiet għal każijiet tal-ażil fil-livelli kollha hu ta’ 25 post.
Id-dettalji ta’ kemm postijiet imtlew bl-applikazzjonijiet ta’ ‘L-Ewwel Kriterju’ li s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika laqa’ f’Novembru u Diċembru li għadda jinsabu fuq www.knisja.mt. Il-proċess għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja. L-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jsiru fuq knisja.mt/applikazzjonijiet.
Il-proċess għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex jiddetermina d-dħul fl-ewwelnsena kindergarten u fl-ewwel sena sekondarja. L-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex isiru fuq knisja.mt/gozoapplications.
//= $special ?>

