Lokali

Galdes jikkonferma li l-Prim Ministru ma talbux ir-riżenja

Kollox qed jindika li r-riżenja ta’ Roderick Galdes waslet għaliex kien hu li għażel li jwarrab. U mhux għax talab għaliha l-Prim Ministru Robert Abela.

Dan ikkonfermaħ il-Ministru Roderick Galdes stess mal-mikrofonu ta’  Net News; fejn naqas  madanakollu li jwieġeb x’inibidel fl-aħħar jiem biex wasal li ta r-riżenja tiegħu mill-Kabinett.

Ritratt: Catriel Farrugia

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul li ingħata r-responsabbiltà tal-akkomodazzjoni għadu ma jafx għalfejn il-housing m’għadux fil-livell ta’ Ministeru.

Net News staqsa lill-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela, jekk jaqblux li r-riżenja kellha tkun deċiżjoni tal-Prim Ministru. Fl-ambitu tal-fatti li ħarġu fl-aħħar xhur dwar il-kriżi li hemm fil-Malita, il-proġetti tal-housing li waqgħu lura, u l-akkużi ta’ kunflitt ta’ interess li waslu mill-eks MEP Laburista Marlene Mizzi.

Intant, Net News staqsa wkoll lill-Eks Minsitru Clayton Bartolo jekk Robert Abela laqax it-talba tiegħu biex jirritorna fil-Kabinett; iżda dan jidher li għadu qed jistenna. Dan filwaqt li Galdes ma eskludiex li kapaċi jikkontesta bħala kandidat mal-Labour fl-elezzjoni li jmiss.

Bil-Prim Ministru, evidentament, jinsab taħt pressjoni enormi interna – li kull ma jmur, qed tkompli tikber.