Il-film One Battle After Another — ‘thriller’ tal-attur-produttur Leonardo DiCaprio – kiseb l-aktar nominazzjonijiet (14) għall-Bafta Awards ta’ din is-sena…L-unuri ewlenin tal-British Film Academy li jingħataw fit-22 ta’ Frar waqt ċerimonja fir-Royal Festival Hall ta’ Londra.
Sadanittant, bħala favorit kbir ieħor għall-Baftas, hemm anki s-sensiela tal-vampiri Sinners bi tlettax il-nominazzjoni.
Id-drama Hamnet, ibbażata fuq waħda mit-temiet letterarji ta’ William Shakespeare u l-film Marty Supreme — storja umana relatata table-tennis — għandhom 11-il nominazzjoni kull wieħed.
Intant, Timothée Chalamet u Jessie Buckley – li huma wkoll fost il-favoriti għar-rebħ tal-Oscars ta’ din is-sena fl-Istati Uniti – jinsabu fuq quddiem fil-pronostiku dwar il-Baftas għall-kategorija riservata għall-Aqwa Atturi.
Il-Baftas għandhom ukoll il-kategoriji dedikati għar-rikonoxximent tat-talent Britanniku – fosthom għall-Outstanding British film u Outstanding debut għal awtur, direttur jew produttur Britanniku.
//= $special ?>

