Lokali

Il-‘Cajun Spice Mix’ tad-ditta ‘Duqqa!’ ma għandux jiġi kkunsmat

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF) kif ġej.

Possibilità li jinstab oġġett estranju (frammenti tal-ħġieġ) fil-prodott t’hawn taħt.

Deskrizzjoni tal-Prodott:‘Cajun Spice Mix’
Ditta:Duqqa!
Użin:40g
Data tad-durabilità:25-11-2027

Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.​​

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.