Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jitlob investigazzjoni b’rabta mas-serq tal-eko-riduzzjoni

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Wara li l-Partit Nazzjonalista ilu ġimgħat jitkellem dwar it-taħwid fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma propju minħabba l-fatt li eluf ta’ familji mhumiex jieħdu l-eko-riduzzjoni, il-Partit Nazzjonalista b’mod formali talab investigazzjoni.

It-Tlieta filgħodu x-Shadow Ministers Mark Anthony Sammut u Graziella Galea marru l-Uffiċċju tar-Regolatur għas-servizzi tal-Ilma u l-Enerġija f’Ħal Qormi kif ukoll għand l-Awtorità tal-Konsumatur bil-għan li jitolbu investigazzjoni b’rabta mat-taħwid li sar fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

F’kummenti ma’ Net News, Mark Anthony Sammut qal li s-serq tal-eko-riduzzjoni mill-kontijiet issa ilu għaddej għal sena.

L-ARMS kienet taf b’dan in-nuqqas iżda baqgħet tkaxkar saqajha sal-aħħar.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

U allura, il-Partit Nazzjonalista fin-nuqqas tal-Gvern qed jitlob investigazzjoni fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Minn naħa tagħha, Graziella Galea spjegat dak li qed jistenna l-Partit Nazzjonalista minn din l-investigazzjoni – propju li dawk il-familji affettwati jieħdu l-flus tagħhom lura.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo