Lokali Parlament

Jeħtieġ deċiżjonijiet immedjati dwar it-trasport u iktar għajnuna lill-bdiewa, raħħala u sajjieda

Toni Bezzina, PN

Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għat-Trasport, l-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina sostna fil-parlament li jeħtieġ deċiżjonijiet immedjati dwar it-trasport u iktar għajnuna lill-bdiewa, raħħala u sajjieda.

Toni Bezzina semma’ l-maltemp tal-aħħar ġranet u rringrazzja lill-ħaddiema kollha li kienu involuti fil-ħidmiet ta’ salvataġġ li saru. Hu tratta t-trasport u qal li hawn kriżi fit-traffiku u li l-ebda żieda fil-COLA jew tnaqqis fit-taxxa ma jistgħu jagħmlu tajjeb għat-telf ta’ ħin li n-nies jgħaddu minnu wara li jtemmu x-xogħol minħabba t-traffiku kbir.

Jirriżulta li dan il-ħin fit-traffiku qed jieħu 20% tal-paga tagħhom u hu riżultat ta’ nuqqas ta’ pjan mill-gvern. Il-gvern qed jipprova jnaqqas 1,000 liċenzja f’ħames snin meta fl-istess waqt ikun żdiedu 45,000 liċenzja ġdida. Il-gvern se joffri €25 miljun fuq ħames snin fuq 200 liċenzja li jiżdiedu f’temp ta’ ġimgħa.

Din mhijiex se ssolvi l-problema tat-traffiku għaliex il-gvern mhuwiex joffri alternattivi konkreti meta l-poplu jirrinunzja l-liċenzja tas-sewqan. Dan filwaqt li l-gvern diġà nefaa €2 mijuni għar-rapporti li kien saru dwar it-traffiku u issa reġgħu ngħataw €300,000 f’sitt xhur lill-istess kumpanija biex jipprovaw isibu soluzzjoni għall-problemi tat-trasport tal-massa. Il-verità hi li l-gvern mhu se jsolvi xejn għaliex il-Prim Ministru jrid metro, il-Ministru Chris Bonnett għadu ma jafx x’irid u l-Ministru tal-Finanzi ma jaqbilx ma’ dawn il-proposti u għadu huwiex konvint fuq xi sistema ta’ trasport tal-massa. Sadattant il-poplu għadu jitlef il-ħin fit-traffiku fejn traġġitt ta’ kwarta qed jieħu siegħa u iktar.

Toni Bezzina kompla li l-PN ta diversi soluzzjonijiet fl-aħħar 10 snin biex tissolva din il-problema iżda minkejja dan u minkejja li dawn huma soluzzjonijiet prattikabbli, l-gvern jibqa’ supperv u ma jaċċettahomx.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ n-National Transport Master Plan li kien varat mill-gvern u li suppost qed jagħti direzzjoni u viżjoni lis-settur iżda fil-verità dan ir-rapport joħroġ in-nuqqasijiet tal-gvern fil-governanza u ippjanar fit-trasport speċjalment fil-kordinament bejn Infrastructure Malta, Transport Malta u l-kunsilli loakli. Il-fatti huma li l-gvern qed jibbaża biss fuq twessiegħ tat-toroq flok pjan fit-tul.

Toni Bezzjna qal li r-rapport jikkritika n-nuqqas ta’ dedicated lanes għat-trasport pubbliku li qed inaqqas l-effiċjenza. Ir-rapport jitratta wkoll l-effettività tal-park and rides u l-mod kif dawn ma solvewx il-problema filwaqt li t-trasport pubbliku bla ħlas ukoll ma solva l-ebda problema fit-traffiku fil-pajjiż. Dan minħabba li l-iktar importanti hu l-kwalità tas-servizz provdut; aspett li mhuwiex dipendenti mill-prezz iżda mill-kwalità tas-servizz. Ir-rapport enfażizza wkoll in-nuqqas ta’ trasportt tal-massa u għamel riferenza għan-nuqqas ta’ infrasrtuttura biex tintuża l-użu tar-rota jew il-mixi.

Hemm ukoll in-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni dwar l-iscooters u n-nuqqas ta’ faċilitajiet dwar fejn dawn jistgħu jipparkjaw flimkien ma’ nuqqas ta’ provvista ta’ parkeġġ għat-trailers u nuqqas ta’ infrastruttura għall-karozzi elettriċi. Minħabba dawn in-nuqqasijiet, m’hemmx soluzzjonijiet tanġibbli.

Il-PN għandu viżjoni kollettvia għat-trasport fil-pajjiż, sostna Toni Bezzina, li kompla li t-traffiku qed jiswa lill-pajjiż €770 miljun li se jitla’ għal €917-il miljun kull sena. F’25 sena din is-somma se titla’ għal €1.2 biljun fis-sena. Bil-proposta tal-PN, l-ammonti minfuqa jkunu irkoprati f’madwar erba’ snin.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-proposti tal-PN huma mibnija fuq tliet pilastri, li huma trasport massa, qalba għal trasport nadif u modernizzar tal-infrastruttura tal-pajjiż. Fil-fatt l-ewwel appell tal-Kap tal-PN Alex Borg kien li jintlaħaq qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni biex ikun provdut trasport tal-massa sostenibbli iżda l-PN għadu qed jistenna lill-gvern biex jibdew dawn id-diskussjonijiet.

Toni Bzzina kompla li l-PN qed jipproponi l-inkoraġġiment ta’ modi alternattivi ta’ trasport fosthom l-iscooters, inċentivi għal miżjuda charging stations, tanqqis tat-tariffi għal charging, car pooling, inċentivi għal remote working, benefiċċju lill-impjegati li jużaw car sharing u trasport pubbiku, introduzzjoni ta’ sistema reporting ta’ inċidenti tat-traffiku, ippjanar ta’ toroq b’iktar sigurtà, spralli u sistemi ta’ servizzi fit-toroq, trasport bil-baħar speċjalment bejn Malta u Għawdex u l-introduzzjoni ta’ vapur tal-merkanzija bejn iż-żewġ gżejjer. Il-PN hu kommess li b’kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet issir ħidma biex ikun hemm toroq b’inqas traffiku u stress.

Hu tkellem ukoll dwar l-agrikoltura u s-sajd u qal li wara l-maltemp tal-ġimgħa li għaddiet kien hemm ħafna li sofrew ħsarat kbar fir-raba’ u l-inġenji agrikoli tagħhom. Il-gvern jidher li kkommetta li jikkumpensa lill-bdiewa, raħħala u sajjieda li intlaqtu iżda jekk hemm bdiewa li mhumiex fluwenti mat-teknoloġija ġdida allura se jkun hemm diffikultajiet biex dawn japplikaw permezz ta’ app. Hu appella biex isiru alternattivi għal dawn il-bdiewa.

Żvantaġġ ieħor hu li hemm fondi tal-UE li minkejja li suppost imorru għall-bdiewa u r-raħħala, fil-fatt mhux qed imorru għal dawn is-setturi. Hu qal li minkejja dak li qal il-gvern, kien hemm każi fejn bdiewa u produtturi oħra ta’ proċessar ta’ ikel spiċċaw jikkomeptu mal-gvern li daħal b’aġenzija tiegħu biex kienet din l-aġenzija li ħadet il-fondi. Minkejja li gvern qal li kiense jsib soluzzjoni, din għad ma nstabitx.

Toni Bezzina semma’ l-problema tan-nuqqas ta’ art u qal li minkejja li l-bdiewa jinvestu fir-riċerka, hemm bdiewa ma jistgħux jagħmlu din ir-riċerka. Għalhekk il-gvern għandu jgħin lill-bdiewa, raħħala u sajjieda biex jagħmlu iktar riċerka. Dwar is-sajd, hu qal li għad fadal nuqqasijiet kbar fl-infrastruttura fil-kosta fosthom breakwaters meħtieġa u appella biex isiru iktar breakwaters f’Marsaxlokk u Marsascala biex meta jkun hawn il-maltemp id-dgħajjes tas-sajieida jsibu kenn u protezzjoni.

Hemm ukoll nuqqas ta’ fondi għas-sajjieda mill-UE kif kien wiegħed il-gvern, iżda dan ma sarx għaliex il-gvern issa qallhom li jikkwalifikawx wara li kien għamel wiegħda ma’ dawn is-sajjieda. Hu staqsa x’sar minnhom l-istarter packs għas-sajjieda u l-bdiewa żgħażagħa, li qed jonqsu għaliex m’hawnx inċentivi biżżejjed. Għajnuniet oħra għandhom jingħataw lill-kooperattivi. Jeħtieġ li jkun hemm ħidma kollettiva għall-bdiewa, raħħala u sajjieda għaliex dawn huma l-futur tal-pajjiż, sostna Toni Bezzina.