Sport

Jirbħu Udinese u riżultat ġust fl-Ingilterra

Ritratt: EPA

Verona    1       Udinese   3

Bit-tmien rebħa fil-Kampjonat, Udinese telgħu fl-10 post fil-klassifika b’29 punt daqs Lazio filwaqt li Verona sofrew it-12 il-telfa u baqgħu fl-aħħar post fil-klassifika b’14-il punt daqs Pisa,

Fit-23 minuta Udinese fil-vantaġ fi Stadio Bentegodi. Minn azzjoni ta’ Jordan Zamura, kien ARTHUR ATTA li għeleb lil Simone Perilli. Reazzjoni immedjata minn Verona li tliet minuti wara kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ GIFT ORBAN li minn azzjoni ta’ Amin Sarr għeleb lil Maduka Okoye. 1 – 1 skor li bih intemmet l-ewwel taqsima.

Matul it-tieni taqsima, kibret il-pressjoni minn Udinese. Fit-58 minuta wara li freekick ta’ Jordan Zemura spiċċa mal-barriera, kien ALESSANDRO ZANOLI li għeleb lil Perilli biex rega’ poġġa lil Udinese fil-vantaġġ. Ebda reazzjoni minn Verona l-aktar wara li fis-67 minuta, Udinese għamlu l-iskor 3 – 1 . Minn pass ta’ Arthur Atta kien KEINAN DAVIS li mill-ġdid għeleb lil Simone Perilli. Skor li bijh intemmet il-partita.

Everton      1     Leeds United   1

Riżultat ġust fil-Hill Dickinson Stadium f’partita miftuħa għal kull riżultat b’gowl f’kull taqsima fejn forsi l-aktar li gawdew kienu Everton li bil-punt mirbuħ telgħu fl-10 post fil-klassifika bi 33 punt flimkien ma’ Sunderland, Newcastle United u Brentford.

Ebda tibdil fil-klassifika għal Leeds United li baqgħu waħidhom fis-16 il-post b’26 punt.

Leeds United marru fil-vantaġġ fid-29 minuta. Minn azzjoni ta’ Anton Stach kien JAMES JUSTIN li bix-xellug għeleb lil Jordan Pickford. Vantaġġ minimu li bih intemmet ukoll l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima kibret il-pressjoni minn Everton li iżda kellhom jistennew sas-76 minuta biex jiksbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Idrissa Gana Gueye kien THIERNO BARRY li għeleb lil Karl Darlow għal 1 – 1 finali.