Colin Schembri
Betsson Depiro……….55
Hibernians……………..65
(11-18)(21-23)(18-13)(5-11)
Hibernians baqgħu bla telfa fil-kampjonat u saħħew l-ewwel post tal-klassifika wara rebħa ta’ 65–55 kontra Betsson Depiro. Il-Pawlisti kienu fuq quddiem għal aktar minn 35 minuta u għamlu d-differenza b’aktar punti minn turnovers (26 kontra 17) u stabbiltà fil-pussess (0.79 punti kull pussess kontra 0.67). Minkejja li Depiro ppruvaw jibqgħu fil-logħba b’ħidma fir-rebounds, Hibs żammew kontroll tajjeb u għalqu l-partita b’rebħa li kważi taċċertahom mill-ewwel post għall-play-offs. Għal Depiro kienu nieqsa Julia Borg u Sophie Abela filwaqt li Hibs kienu bil-formazzjoni kompluta tagħhom. Depiro fetħu l-partita bl-ewwel żewġ baskets minn Claire Privitera u Lovely Sonnier. Hibs kellhom risposta mill-aqwa meta għamlu run ta’ 14-0 bi trippli minn Josephine Diaby u Andie Saliba u l-baskets ta’ Steffi De Martino u Hailey Macleod. Depiro ġew lura grazzi għal punti ta’ Sonnier u Neve Borg però punti minn De Martino u Macleod għalqu s-sessjoni favur Hibs 18-11. Depiro għamlu l-iskor indaqs, 20-20, fil-ftuħ tat-tieni perjodu b’run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Sonnier. Hibs wieġbu bi 8 punti mingħajr risposta qabel ma Privitera u Samira Deguara irrispondew għal Depiro. Hibs komplew fost l-oħrajn bi tripploi minn De Martino, Saliba u Marie Buhagiar u għalkemm Depiro kellhom trippla minn Julia Borg Xerri, Hibs daħlu jistrieħu 41-32 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni, Hibs kabbru l-vantaġġ wara punti minn Diaby u Saliba però Depiro rkupraw u għamlu break qasir ta’ 7-0 kollhu minn Sonnier u naqqsu d-distakk għal 3 punti 42-45. Iona Agius u Maria Bonett wieġbu għal Hibs però Depiro baqgħu viċin bil-punti ta’ Claire Portelli 50-54. Fl-aħħar sessjoni, il-punti naqsu speċjalment minn naħa ta’ Depiro li għamlu biss 5 punti. Hibs minn naħa l-oħra kisbu l-ewwel disa’ punti minn Diaby, Macleod u Saliba. Depiro għamlu l-ewwel punti fil-ħames minuta però Hibs kellhom vantaġġ ta’ 13-il punt li setgħu jikkontrollaw u jieħdu r-rebħa fuq skor finali ta’ 65-55.
Betsson Depiro: Y. Mangion, K. Fenech, N. Agius 5, J. Borg Xerri 5, J. Mallia, C. Privitera 8, C. Fenech, C. Portelli 6, N. Borg 6, L. Sonnier 23, S. Deguara 2.
Hibs: M. Buhagiar 3, L. Micallef, I. Agius 2, S. Lecuyer, A. Saliba 13, M. Bonett 2, S. De Martino 14, M. Marmara, N. Farrugia, H. Macleod 15, J. Diaby 16, K. Sammut.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Andre Attard.
Athleta…………………48
Starlites Revive……83
(4-23)(13-15)(9-21)(22-24)
Starlites Revive kisbu rebħa komda ta’ 83–48 kontra Athleta f’konfront li mar f’direzzjoni waħda mill-bidu. Starlites kellhom produzzjoni offensiva tajba, fejn għalqu b’persentaġġ ta’ 47% u 29 punt mill-fast breaks, filwaqt li żiedu wkoll 17-il punt mill-offensive rebounds. Athleta sabu diffikultà kbira fl-attakk, b’0.60 punti kull pussess u three pointer wieħed minn 16-il tentattiv filwaqt li sofrew 28 punt mit-turnovers li għamlu. Athleta kellhom nieqsa lil Anthea Micallef u Sharon Vella filwaqt li Starlites kienu mingħajr Ylenia Ferrando. Starlites iddominaw l-ewwel sessjoni hekk kif wara biss żewġ minuti kienu diġa 9-0 minn fuq b’punti minn Philippa Riolo, Georgia Haverlock u Rebecca Naudi. Wara l-ewwel punt tal-Athleta minn Nicole Vella, Starlites komplew jagħfsu u għamlu 12-il punt mingħajr risposta bil-punti kollha jaslu mill-istess tlett players. Basket ta’ Macy Tyler Smith waqqfilhom ir-run però fi tmiem il-perjodu, Starlites kienu diġa 23-4 minn fuq. Starlites komplew bi break ta’ 7-0 fil-ftuħ tat-tieni taqsima però minn hemm ‘quddiem Athleta qasmu aktar il-logħob. Huma kellhom lil Kaya Abela tikseb diversi punti b’Naudi u Haverlock ikomplu jwieġbu għal Starlites. Athleta rnexxielhom jagħmlu 5 punti mingħajr risposta bi Starlites jagħlqu t-taqsima b’basket ieħor minn P. Riolo għal skor ta’ 17-38.
L-andament tal-partita baqa’ l-istess wara l-intervall fejn Starlites ta’ 17-2. Mikela Riolo kellha trippla flimkien ma’ Haverlock u Naudi. Athleta rnexxielhom jagħmlu 5 punti konsekuttivi minn Tyler Smith u Nicole Vella. L-aħħar punti tat-taqsima ġew minn Naudi u Haverlock għal skor ta’ 26-59. L-aħħar sessjoni, minbarra li kienet l-aktar waħda bilanċjata, kienet ukoll l-aktar waħda li fiha saru punti. Athleta bdew bi break ta’ 7-2 bi trippla ta’ Julia Schembri u punti ta’ Tyler Smith. Starlites kellhom il-punti minn Naudi qabel ma kien hemm aktar trippli fosthom minn Schembri għal Athleta u M. Riolo, Jasmine Abela u Amy Cassar Saguna. Fl-aħħar ħinijiet kien hemm sensiela ta’ free-throws fuq iż-żewġ naħat biex Starlites rebħu l-partita 83-48.
Athleta: E. Farrugia, J. Schembri 6, N. Vella 5, K. Calleja 2, K. Caruana 1, J. Micallef 1, M. Tyler Smith 20, K. Abela 13, L. Camilleri.
Starlites Revive: M. Riolo 7, P. Riolo 14, M. Zammit Cordina 2, M. Fenech, R. Naudi 21, G. Haverlock 27, A. Cassar Saguna 3, K. Gatt, J. Abela 6, B. Sciberras 3.
Referees: Gordon Barbara, Wendell Lim
Valletta Dream…………….42
Caffè Moak Luxol………..77
(17-16)(12-22)(21-15)(19-15)
Caffè Moak Luxol telgħu fit-tieni post tal-klassifika b’rebħa fuq Valletta Dream 77-42. Luxol kellhom 18-il assist kontra d-disgħa ta’ Valletta u kien hemm parita fir-rebounds b’45 rebound kull team. Luxol għamlu 23 punt kemm mill-fast breaks kif ukoll mit-turn-overs ta’ Valletta. Il-lista ta’ players neqsin għal Luxol kompliet titwal hekk kif kienu wkoll mingħajr Sarah Fenech Pace. Valletta nkludew għall-ewwel darba lil player Natalja Pejcic. Il-partita fetħet bi trippla fuq kull naħa minn Shautung Lin u Lisa Fenech Pace. Valletta kellhom mument tajjeb b’run ta’ 9-0 biex marru 12-9 minn fuq. Wara time-out ta’ Roderick Vella, Luxol bdew inaqqsu d-distakk permezz ta’ Olivia Wikstrom, Fenech Pace u Vanya Baldacchino. Valletta wieġbu bil-punti ta’ Marie Pollaco qabel ma’ Wikstrom wieġbet bi trippla għal Luxol però kienu l-Beltin li temmew l-ewwel taqsima fuq quddiem 17-16. Fit-tieni perjodu, Valletta komplew iżommu l-pass mal-avversarji fl-ewwel ħinijiet. Luxol mal-ħin irnexxielhom jmorru fuq quddiem hekk kif kellhom it-trippli minn Eve Axisa u Baldacchino. Pejcic ukoll wieġbet bi trippla għal Valletta però Luxol għamlu l-aħħar trippla minn Wikstrom għal skor ta’ 29-38.
It-tielet taqsima fetħet bi trippla ta’ Hayley Grixti għal Valletta però dawn kienu l-uniċi punti tagħhom fis-sessjoni. Minn hemm ‘l quddiem Luxol għamlu 19-il punt mingħajr risposta. Huma kellhom punti minn Wikstrom, Axisa u Fenech Pace fost l-oħrajn għal skor ta’ 32-57. Luxol komplew iżidu l-vantaġġ fl-aħħar taqsima b’disa’ punti mingħajr risposta fosthom l-ewwel ħamsa minn Baldacchino u trippla ta’ Gwen Carabott. Valletta finalment irritornaw għal punti permezz ta’ Momcilovic però aktar players ta’ Luxol komplew iniżżlu isimhom fost l-iskorers hekk kif rebħu l-partita 77-42.
Valletta Dream: N. Pejcic 7, S. Lin 14, M. Pollaco 8, A. Cutajar 4, M. Momcilovic 2, A. Caballero 2, H. Grixti 3, M. Mifsud, N. Montalvo 2.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott 3, K. Magro 5, E. Axisa 10, L. Fenech Pace 13, H. Galea 5, A. Xuereb 2, J. Said, E. Abela 1, M. Camilleri 2, O. Wikstrom 19, V. Baldacchino 17, S. Sciberras.
Referees: Miguel De Flavia, Jacques Siefert
//= $special ?>

