Stephen Spiteri, PN
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri qal fil-Aġġornament tal-Parlament li l-avviż legali dwar żieda fit-tariffi għall-importazzjoni tal-mediċini kien se jżid il-prezz tal-mediċini. Minkejja dan, kien hemm assigurazzjoni li s-suq tal-mediċini se jibqa’ stabbli iżda l-fatti huma kuntraju ta’ dak li l-Gvern ipprova jwiegħed.
Hu qal li kien iddiskuta din is-sitwazzjoni mas-sezzjoni responsabbli tal-Kamra tal-Kummerċ li wrew it-tħassib tagħhom f’dan ir-rigward. Anki sidien ta’ spiżeriji tkellmu dwar din il-problema u anki persuni li jużaw il-mediċini li kollha qalu li l-mediċini żdiedu.
Il-gGvern irid joħloq stabbilità fis-suq tal-mediċini għaliex minkejja li l-mediċini ġeneriċi huma t-triq ‘il quddiem għaliex dawn huma orħos, ta’ kwalità u jagħtu riżultati tajbin, il-gvern ma jistax joħloq suq instabbli ta’ mediċini li qed jgħolew, sostna Stephen Spiteri, li kompla li f’Malta hawn mediċini ogħla minn pajjiżi Ewropej.
//= $special ?>

