Artiġġjanat, ikel u xorb biċ-ċitru – divertiment għall-familja kollha – u fuq kollox, ċitru li kien imkabbar fid-djar tal-familji ta’ Ħal Lija.
Kien propju dan il-mod li bih il-familji f’Ħal Lija qattgħu l-ġurnata tal-Ħadd tagħhom, hekk kif għal sena oħra, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija organizza ‘Festa Ċitru’.
F’attività li fiha ħadu sehem numru ta’ għaqdiet mil-lokalità flimkien mas-Soċjetà Agarja, il-familji setgħu jesperjenzaw ċitru differenti, wirja b’xorb taċ-ċitru u anke ikel li setgħu jduqu.
Fit-toroq ta’ Ħal Lija, kien anke preżenti kok li ħejja ħafna ikel biċ-ċitru li kien propju mkabbar mir-residenti ta’ Ħal Lija. Fejn kien hemm anke bejgħ ta’ larinġ mill-ġonna ta’ dan l-istess raħal.
F’Ħal Lija kien hemm anke ferrovija li dawret lil dawk preżenti mal-lokalità, filwaqt li ċ-ċkejknin tal-lokal setgħu anke jgawdu r-rokna tat-tfal.
Intant, il-qligħ minn din l-attività se jkun qed imur kollu għall-manutenzjoni tal-Knisja Parokkjali ta’ Ħal Lija.
//= $special ?>

