Lokali Parlament

Persuna ngħatat kumpens fl-2025 wara li weġġgħet minħabba bankini jew toroq perikolużi

Rappurtati tliet każijiet ta' persuni li weġġgħu fit-toroq fis-sena 2025

Kienu rrappurtati tliet każijiet ta’ persuni li weġġgħu fis-sena 2025 minħabba bankini jew toroq perikolużi. Każ minnhom ġie konkluż u l-persuna ingħatat kumpens, filwaqt li ż-żewġ każi l-oħra għadhom qed jiġu evalwati.

Dan ikklonfermah fil-Parlament Chris Bonett, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi; waqt li wieġeb mistoqsia tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa kemm kien hemm każijiet fl-2025 fejn persuni weġġgħu minħabba bankini jew toroq perikolużi u kemm-il persuna rċeviet ħlas għal danni morali u għall-ispejjeż involuti.