Lokali

Robert Abela jaħrab milli jweġeb dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi

Il-ħabi dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi qed ikompli jitfa’ pressjoni kbira fuq Robert Abela, li ma kull ġurnata li tgħaddi qed jibqa’ jaħrab id-domandi ta’ Net News – skomdu jwieġeb għaliex mhux qed ikun trasparenti – skomdu jwieġeb x’qed jaħbi – skomdu jwieġeb x’qed jaħbu sħabu l-Ministri.

Din il-ġimgħa, numru ta’ Deputati Laburisti qalulna li huma m’ghandhom l-ebda problema biex jippubblikaw l-assi tagħhom. Iżda fil-prattika, dawn id-dikjarazzjonijiet għadhom moħbija; ebda accountability – ebda trasparenza.

U għalhekk il-mistoqsija tiġi weħidha: x’qed jaħbi l-Prim Ministru Robert Abela?

Fis-6 ta’ Jannar il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika kiteb lill-Prim Ministru biex jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Ministri għas-sena 2024 – dikjarazzjonijiet li għadhom mhux aċċessibbli għan-nies.

Bil-Kummissarju tal-Istandards Joseph Azzopardi jinsisti li dan ifisser ħaġa waħda biss: li kull Ministru qed jonqos mill-obbligu tiegħu.