Internazzjonali

Tal-inqas 29 persuna tilfu ħajjithom fl-Istati Uniti minħabba l-kesħa li qed tagħmel

Ritratt: ABC News

L-Istati Uniti qed tintlaqat minn kesħa esaġerata li qed twassal għal ħafna borra, u li qed tkompli tinxtered madwar il-pajjiż.

Kaġun ta’ dan huma minn tal-inqas 29 persuna li tilfu ħajjithom, dan filwaqt li man-nofs miljun familja jinsabu bla dawl.

Tant hu kifer il-maltemp, illi f’Austin instabet persuna mejta f’pompa tal-petrol abbandunata minħabba t-temperaturi kesħin. Dan filwaqt li mietu numru ta’ persuni oħra waqt li kienu qed jipprovaw ineħħu l-borra mill-karozzi u t-toroq tagħhom.

Madanakollu, l-awtoritajiet Amerikani qed iwissu lil dawk l-aktar vulnerabbli sabiex jevitaw milli joħorġu minn djarhom u anke jżommu t-temperaturi ta’ ġisimhom sħan kemm jista’ jkun.