Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-Prodott ma għandux jintuża minħabba l-migrazzjoni ta’ livelli għoljin ta’ ċomb u Kadmju (metalli) meta jiġu f’kuntatt mal-ikel.
Livelli għoljin ta’ dawn il-metalli li jaqbżu l-limiti permissibbli jpoġġu riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-konsumaturi.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (Single Flowers Mixed Colors) |
| Kodiċi tal-prodott: | 3060031 |
| Volum: | 220ml |
| Lot No.: | Lots kollha mibjugħa minn Jannar 2025 |
Il-konsumatur m’għandux juża dan il-prodott.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
//= $special ?>

