Lokali

Tinstab il-ġakketta li kienet liebsa t-tifla Pollakka fiċ-Ċirkewwa

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Tinstab il-ġakketta tat-tifla Pollakka li t-Tnejn filgħaxija tkaxkret mill-moll fiċ-Ċirkewwa għall-baħar.

Dan ikkonfermah kelliem għall-Protezzjoni Ċivili, hekk kif għadha għaddejja t-tfittxija għat-tifla ta’ 13-il sena li baqgħet ma nstabitx.

Il-każ seħħ in-naħa tas-South Quay. U l-forzi tas-salvataġġ qed jużaw anke drones biex jgħinuhom f’dawn it-tfittxijiet – li marru lil hinn minn Paradise Bay. Fil-fatt, it-tfittxijiet baqgħu sejrin mal-irdumijiet tal-Punent – anke sal-inħawi Ħad-Dingli.

Intqal ukoll li l-barranin ma kinux konxji tat-twissija li ħarġu l-awtoritajiet Maltin minħabba l-maltemp u r-riħ qawwi tal-aħħar sigħat.