Malta kienet fost disa’ pajjiżi u 50 klabb li ppartecipaw f’din l-edizzjoni. Fil-kategorija Taħt 16-il sena 48 kilo Mattea Mintoff temmet f’ewwel post fejn rebħet tliet darbiet b’Ippon. Fl-istess kategorija izda 55 kilo Miguel Mintoff temm fit-tieni post meta wkoll rebaħ tliet darbiet b’Ippon.
Fil-kategorija Taħt 21 sena fis-60 kilo, Kyle Camilleri rebaħ darbtejn b’Ippon biex temm fit-tielet post. Fil-kategorija Taħt is-16 il sena 44 kilo, Sophia Felice temmet fit-tieni post meta rebħet darbtejn b’Ippon.
Samy Ibnass fil-Kategorija Taħt il-21 sena 66 kilo rebaħ darbtejn b’Ippon biex temm fit-tielet post.
Andreas Cachia Difesa fil-kategorija 42 kilo Taħt is-16il sena temm fit-tielet post b’żewġ rebħiet b’Ippon.
Aleksander Sitek rebaħ darba b’ippon fil-Kategorija 42 kilo Taħt l-14-il sena biex temm fil-ħames post filwaqt li Alistair Sammut temm fid-disa’ post fil-kategorija 42 kilo Taħt is-16 il-sena.
//= $special ?>

