Internazzjonali

Tom Homan mistenni jasal f’Minneapolis f’attentat li tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni

Ritratt: CNN

L-uffiċjal għoli tal-border patrol Amerikana, Gregory Bovino mistenni jitlaq minn Minneapolis wara ż-żieda fil-kundanni lejn il-President Amerikan Donald Trump.

Rapporti internazzjonali qed jindikaw illi Bovino flimkien ma’ numru ta’ uffiċjali tiegħu se jkunu qed jitilqu minn Minneapolis dan filwaqt li d-Dipartiment tal-Homeland Security anke neħħietlu l-aċċess tal-midja soċjali tiegħu.

Madanakollu, Trump issa se jkun qed jibgħat lil Tom Homan f’Minneapolis, l-istess Homan li għandu snin twal ta’ esperjenza u anke kien Direttur tal-ICE waqt id-deprotazzjonijiet li wettaq l-eks President Amerikan Barack Obama.

Dan iċ-ċaqlieq jiġi wara ż-żieda eżorbitanti fil-kundanni fil-konfront tat-tmexxija ta’ Trump hekk kif fl-aħħar 20 ġurnata inqatlu żewġ ċittadini Amerikani mill-ICE, bl-aħħar wieħed ikun Alex Pretti – infermier fit-taqsima tal-kura intensiva.