Għaddasa mill-AFM u dawk tal-Protezzjoni Ċivili, dalgħodu, komplew bit-tfittxija fiċ-Ċirkewwa għat-tifla Pollakka li jumejn ilu nġarret mill-baħar.
Sa issa, din it-tfittxija irriżultat fin-negattiv.
L-għaddasa diġa’ għamlu tfittxija mir-ramla ta’ Paradise Bay sal-lukanda li ġġib l-istess isem.
It-tfittxija kompliet bl-użu tal-lanċa Melita tal-AFM. Dan filwaqt li intużaw ukoll xi drones.
Fil-post hemm anke uffiċjali tal-Pulizija u ta’ Transport Malta, kif ukoll backup minn Mater Dei.

Aktar kmieni
Dalgħodu ssuktat it-tfittxija għat-tifla Pollakka ta’ 13-il sena li nhar it-Tnejn filgħaxija tkaxkret bil-baħar fiċ-Ċirkewwa – tfittxija li issa daħlet fit-tielet jum tagħha.
Illum, l-għaddasa tas-CPD u l-AFM niżlu jfittxu mal-blat u f’qiegħ il-baħar. Dan hekk kif is-saħħa tar-riħ ikkalmat xi ftit. Għalkemm ma kull siegħa li tgħaddi, it-tama li tinstab ħajja kompliet tisfuma fix-xejn.
It-tifla ta’ 13-il sena kienet ma’ ħuha u missiera meta tela’ l-mewġ għalihom. F’dak il-mument, huma kienu wara r-railing, jieħdu ritratti tal-baħar. Ommha wkoll tinsab f’pajjiżna.
//= $special ?>

