Dalgħodu ssuktat it-tfittxija għat-tifla Pollakka ta’ 13-il sena li nhar it-Tnejn filgħaxija tkaxkret bil-baħar fiċ-Ċirkewwa – tfittxija li issa daħlet fit-tielet jum tagħha.
Illum, l-għaddasa tas-CPD u l-AFM se jkunu qed jinżlu jfittxu mal-blat u f’qiegħ il-baħar. Dan hekk kif is-saħħa tar-riħ ikkalmat xi ftit.
It-tifla ta’ 13-il sena kienet ma’ ħuha u missiera meta tela’ l-mewġ għalihom. F’dak il-mument, huma kienu wara r-railing, jieħdu ritratti tal-baħar. Ommha wkoll tinsab f’pajjiżna.
//= $special ?>

