Kienu kkontestati żewġ deċiżjonijiet maħruġa mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni. Deċiżjoni mill-2020 ‘il hawn. Waħda minnhom ġiet ikkontestata minn Lidl Immobiliare Malta Limited (C 36321) u Lidl Malta Limited (C36317), filwaqt li d-deċiżjoni l-oħra ġiet ikkontestata minn Dr John Vassallo.
Fir-rigward tal-kawża Lidl Immobiliare Malta Limited Et vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), fis-17 ta’ Novembru 2025, ingħatat sentenza fejn il-Qorti ċaħdet it-talbiet tas-soċjetajiet u ordnat it-tkomplija tal-kawża għas-16 ta’ Frar 2026.
Fir-rigward tal-kawża fl-ismijiet Dr John Vassallo vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), il-każ kien appuntat għall-ewwel seduta għas-26 ta’ Jannar 2026.
Danj jirriżulta minn tweġiba parlaemtari li ta l-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
//= $special ?>

