Sport

Ikompli l-mument pożittiv ta’ Como

Fiorentina    1            Como   3

Ikompli l-mument pożittiv ta’ Como immexxija minn Cesc Fabregas li mis-suċċess fil-Kampjonat għaddew għal kwarti finali tal-Coppa Italia.

Partita deċiża fit-tieni taqsima fi Stadio Artemio Franchi mill-fażi tal-aħħar 16 tal-Coppa Italia, bi Fiorentina li mat-2 – 1 naqsu milli jwettqu reazzjoni.

Wara biss 7 minuti , Fiorentina marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Giovanni Fabbian kien ROBERTO PICCOLI li għeleb lil Joan Butez.

Reazzjoni immedjata minn Como li fl-20 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn pass ta’ Diego Carlos kif SERGI ROBERTO li għeleb lil Oliver Christensen għal 1 – 1 .

Matul it-tieni taqsima b’Como aktar fil-partita, fis-60 minuta kien NICO PAZ li mill-ġdid għeleb lil Christensen biex poġġa lil Como fil-vantaġġ. Reazzjoni limitata minn Fiorentina li fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud minn azzjoni ta’ Nicolas Kuhn kien ALVARO MORATA li ħames minuti qabel daħal bħala sostitut ta’ Nico Paz li għalaq il-partita: Fiorentina 1  Como 3  u post fil-kwarti tal-finali.