Il-katavru tat-tifla Pollakka nstab maqbud mal-blat fil-qiegħ tal-baħar u ttellgħet permezz ta’ għaddasa.
Dan kien konfermat mill-Korp tal-Pulizija.
Minnufih kienet infurmata l-Maġistrat Monica Borg Galea li fetħet inkjesta, biex issa l-investigazzjonijiet qegħdin jissoktaw min-naħa tal-Pulizija.
Il-Pulizija, sa mill-ewwel ġurnata, permezz tas-Support Response Team, bdiet toffri l-appoġġ
meħtieġ lill-familja tat-tifla f’dan il-mument diffiċli, liema appoġġ ser jkompli jingħata.


