Imħabbar li se jsir Ċentru Mediku limitat fit-Tramunata ta’ Malta u tkabbir tal-Klinika tal-Mosta
Il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela sostna fil-parlament li mhuwiex minnu li kien hemm żieda f’numru kbir ta’ mediċini u li hu ma jafx bil-mediċini li qed jgħolew.
Din ir-reazzjoni l-Ministru tas-Saħħa għamilha b’reazzjoni għal-lista ta’ numru kbir ta’ mediċni li rreġistraw żieda fil-prezzijiet u li x-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta parlamentari tat-Tlieta.
Il-Ministru tas-Saħħa qal ukoll li mhwiex minnu li hemm mediċini li f’Malta huma ogħla minn dawk li hemm f’pajjiżi barranin u ġab eżempju ta’ prodott mediku wieħed li skont hu, l-prezz tiegħu hu ogħla barra minn Malta.
Meta tkellem dwar iċ-Klinika Medika tal-Mosta, il-Ministru tas-Saħħa qal li l-gvern ipprova jagħmel streaming billi l-pazjenti jagħmlu l-pazjenti jaraw tabib mill-ewwel. Dan kien proġett pilota, sostna l-ministru tas-Saħħa, li kompla li dan is-servizz kien suċċess fejn il-ħinijiet ta’ stennija biex iknu inivistati minn tabib naqsu u stabbilizzaw.
Hu sostna li fl-aħħar ta’ marzi l-gvern se jkun qed joffru s-servizz ta’ ultrasound mill-Klinika tal-Mosta. Il-gvern għandu pjan li jkabbar il-Klinika tal-Mosta u diġà kien hemm laqgħat importanti mill-Ministeru tal-Intern u s-Segretarjat parlamentari tal-Kunislli Lokali.
Igħal mistqosija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo, il-Ministru tas-Saħħa sostna li l-gvern għandu pjani għal ċentru mediku fit-tramunata iżda mhuwiex possibbli li jsir ċentru mediku bħal dak li sar f’Raħal Ġdid minħabba nuqqas ta’ riżorsi uman.
Il-Ministru tas-Saħħa qal li l-gvern qed jippjana Ċentru Mediku għat-tramunata iżda r-riżorsi se jkunu iffukati f’Mater Dei u f’Raħal Ġdid. Il-pjani huma Ċentru ta’ Radjoloġija, servizzi ta’ kiniċi immexxija minn infermiera, klinika mal-GU u taqsima żgħira għar-renal.
//= $special ?>

