Lokali Parlament

Il-PN ipoġġi l-artisti fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika dwar l-art u l-kultura

Julie Zahra, PN

Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Kultura Julie Zahra qalet fil-parlament li l-PN ipoġġi l-artisti fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika dwar l-art u l-kultura.

Julie Zahra kkritikat lill-gvern li baqa’ ma żammx il-kelma tiegħu dwar iċ-Ċentru Kulturali marbut mal-karnival u qal li l-gvern qed jgħaddi biż-żmien lin-nies involuti f’dan is-settur. Il-gvern għadu m’għamilx it-tinda fil-Marsa li għadha biss temporanja.

Hi enfażizzat l-importanza ta’ iktar spazji għall-artisti, tal-edukazzjoni dwar l-arti, il-kreattività u l-wirt storiku. Heritage Malta għandha l-obbligu li tipproteġi l-wirt storiku iżda m’għandhiex strateġija dwar il-mużewijiet u s-siti storika. Dan is-settur qed jitmexxa bla pjan u għalhekk mhuwiex magħruf kif se jkunu allokati l-fondi.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern ma ħabbarx miżuri biex is-settur tal-wirt storiku privat jikber inkluż l-opportunitajiet għal governanza għal wirt tanġibbli u intanġibbli. Wara tmien snin il-gvern m’għamilx il-Mużew ta’ Għawdex u proġetti oħra fosthom l-immodernizzar tal-Wirt Naturali fl-Imdina.

Julie Zahra qalet li m’hemmx strateġija fil-MIDAS u sostniet li fl-industrija tal-films hemm skandli ta’ sparpaljar ta’ miljuni tant li l-amministrazzjoni lanqas tiffaċċja l-PAC. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li għad mhemm xejn dwar is-sound stage li ilu jidssemma’ s-snin u qalet li jekk il-gvern mhuwiex se jagħmlu allura għandu jtih lill-privat.

Id-eputat Nazzjonalista trattat il-proposti li għandu l-PN fosthom b’teatru adatt għal kull dixxiplina, is-settur kreattiv u pjan fejn l-artisti jkunu fiċ-ċentru tal-politika biex din issir flimkien.