Ekonomija Lokali

“Jeħtieġ li nkomplu nsaħħu r-regolamenti fil-prevenzjoni tan-nar” – Alex Borg

Ritratt: Martin Agius

“Nemmnu li hemm bżonn ċertu standard fil-prevenzjoni tan-nar f’pajjiżna u l-bżonn li jkun hawn aktar għarfien u regoli ġodda li jimxu mal-isfidi li qed naffaċjaw”.

Kien dan is-sentiment li esprima l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, waqt żjara li għamel lill-kumpanija Alberta, fl-Imrieħel – kumpanija lokali li għamlet suċċess fis-settur tas-saħħa, s-sigurta u n-nirien – anke fi sfiera internazzjonali.

Matul din iż-żjara il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, intlaqa’ mid-diretturi tal-kumpanija Duncan u Liz Barbaro Sant li dawwruh mal-faċilitajiet tal-binja – fejn iltaqa’ mal-ħaddiema li jaħdmu f’oqsma differenti.

Matul iż-żjara tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar ukoll il-Fire Detection and demo room – kamra li tilqa’ fiha nies li jkunu se jixtru prodotti li huma attrezzati għat-tifi tan-nar; bis-sistemi tagħhom jiġu ttestjati quddiemhom. Prodotti li jinkludu fire estinguishers, fire doors,cameras tas-sigurta, intercomps u sejfs.

F’kummenti lil Net News, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, saħaq dwar l-importanza li l-Gvern jagħmel użu mill-esperjenza ta’ kumpaniji bħal dawn biex nilħqu standards għoljin.

Alex Borg, kellu wkoll laqgħa mal-kapijiet ta’ din l-istess kumpanija, fejn ilkoll iddiskutew l-istandards li għandna f’pajjiżna u l-isfidi li jaffaċċjaw il-ħaddiema.

Għal din iż-żjara, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Ministers, Ryan Callus, Darren Carabott u Bernard Grech u l-kandidata tal-PN Annabelle Cilia.