Futbol Sport

Magħrufa l-ewwel tmien timijiet li għamluha għall-fażi tal-aħħar sittax direttament

Fl-aħħar partiti tal-League Phase tal-UEFA Champions League saru magħrufa l-ewwel tmien timijiet li għaddew direttament għar-round tal-aħħar sittax mingħajr ma jridu jilagħbu l-playoff. It-timijiet li temmew bejn id-9 u l-24 post, issa jridu jilagħbu partita ta’ playoff fuq żewġ legs, biex ikunu determinati t-tmien timijiet l-oħra li se jilagħbu fil-fażi tal-aħħar sittax f’Marzu.

Arsenal żammew ir-rekord eċċezzjonali tagħhom b’rebħa ta’ 3-2 fuq Kairat Almaty, b’Victor Gyokeres jiftaħ l-iskor, Kai Havertz u Gabriel Martinelli jiskorjaw ukoll, u penalty skorjat minn Jorginho u gowl minn Richardinho għat-tim mill-Kazhakstan.

Kontra dak mistenni Napoli sfaw eliminati wara telfa ta’ 3-2 kontra Chelsea. Chelsea fil-vantaġġ minn penalty ta’ Enzo Fernandez, b’Antonio Vergara u Rasmus Hojlund idawru r-riżultat 2-1 għal Napoli. Iżda Joao Pedro kiseb il-gowl tad-draw u ta r-rebħa għal Chelsea, li spiċċaw mal-ewwel tmienja.

Rebħa komda għal Liverpool f’Anfield fuq Qarabag bl-iskor ta’ 6-0. Għal Liverpool skorjaw doppjetta minn Alexis Mac Allister, Florian Wirtz, Mohammed Salah minn freekick u Hugo Ekitike u Federico Chiesa b’Liverpool ukoll jikkwalifikaw mal-ewwel tmienja.

Mal-ewwel tmienja kkwalifikaw ukoll Bayern Munich, Manchester City, Tottenham, Barcelona u Real Madrid.

Riżultati: Monaco v Juventus 0-0; Ajax v Olympiacos 1-2; Arsenal v Kairat A. 3-2; A.Club v Sporting 2-3; A.Madrid v Bodoe 1-2; Barcelona v Copenhagen 4-1; B. Leverkusen v Villarreal 3-; Benfica v R.Madrid 3-2; B.Dortmund v Inter 0-2; C. Brugge v Marseille 3-0; E. Frankfurt v Tottenham 0-2; Liverpool v Qarabag 6-0; Man City v Galatasaray 2-0; Napoli v Chelsea 2-3; PSV v B.Munich 1-2; Pafos v S. Prague 4-1; PSG v Newcastle 1-1; U.St.Gilloise v Atalanta 1-0.