Jisimha Oliwia Wojnowska, it-tifla ta’ 13-il sena li tilfet ħajjitha b’mod traġiku waqt vaganza f’pajjiżna.
Il-katavru ta’ Wojnowska ittella’ lejn il-moll tal-Marfa permezz ta’ lanċa tal-AFM. Dan wara li kien ġie lokalizzat mill-għaddasa f’qiegħ il-baħar fiċ-Ċirkewwa.
Il-Pulizija stess ikkonfermaw fi stqarrija li l-katavru tat-tifla instab maqbud mal-blat fil-qiegħ tal-baħar. U minnufih kienet infurmata l-Maġistrat Monica Borg Galea li fetħet inkjesta, biex issa l-investigazzjonijiet qegħdin jissoktaw min-naħa tal-Korp Pulizija.
//= $special ?>

