Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Fil-bidu n-nies ma fehmux il-kontenut ta’ ‘Aħn’Aħna jew m’aħniex'” – Vince Fabri

Fi PROFILI llejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Vince Fabri, il-Belti tal-kitarra, li spiss naraw minnu versi letterarji jsiru melodija. Mal-profil se jkollna diskussjoni allegruża, b’elementi ta’ ħsieb u riflessjoni bil-karattru tal-profil jispikka fil-kreattività u l-mużika.

“Kont ħdimt ma’ Oliver Friggieri eżatt wara ‘Aħn’Aħna jew m’aħniex’, u l-istil, kien ferm differenti”

Ir-rakkonti ta’ Vince se jġibu wkoll tbissima, għal uħud anki memorji ta’ nostalġija, hekk kif il-karriera ta’ suċċess tal-profil waslitu biex narawh f’għadd ta’ mumenti u għadd ta’ stazzjonijiet lokali.

“Il-mod kif kien imqassam Xarabank, kien iħeġġeġ l-udjenza tieħu sehem”

PROFILI, illejla fid-9.35pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Philip Grech

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki Spotify.

Tags