Minkejja li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni
il-Prim Ministru Robert Abela qabad u ħareġ l-isem tal-Imħallef Consuelo Scerri Herrera sabiex tkun is-suċċessur ta’ Mark Chetcuti bħala Prim’Imħallef.
Dan hekk kif waqt li kienu għaddejjin it-taħdidiet bejn iż-żewġ naħat tal-kamra parlamentari, il-Gvern qabad u ħareġ mal-midja l-isem li qed jimbotta mingħajr ma ddiskuta b’mod totali mal-Oppożizzjoni.
Tul il-jum tal-Erbgħa, il-Ministru Jonathan Attard ħabbar li l-isem magħżul mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru nnifsu hija Consuelo Scerri Herrera – b’Jonathan Attard, jgħid li qed jistenna x’se tkun ir-reazzjoni tal-Oppożizzjoni – totalment kontra l-prassi etika mistennija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Ministeru għall-Ġustizzja.
//= $special ?>

