Fondazzjoni Sagħtar qed tistieden lill-istudenti kollha ta’ bejn it-3 snin u s16-il sena biex jieħdu sehem f’kompetizzjoni speċjali u storika f’għeluq l400 ħarġa tar-rivista Sagħtar. L-istudenti se jingħataw l-opportunità unika biex jiddisinjaw huma stess il-qoxra (il-cover) tal-400 ħarġa tar-rivista Sagħtar, li se tiġi stampata f’Marzu li ġej.
L-ewwel pass sabiex wieħed jieħu sehem f’din il-kompetizzjoni huwa li jibgħat scan tad-disinn bl-email fl-indirizz info@saghtar.org.mt sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Frar 2026. It-tpinġija trid tkun fuq karta A4 portrait.
Peress li d-disinni kollha se jiġu esebiti waqt attività speċjali, Fondazzjoni Sagħtar qed tissuġġerixxi
li t-tpinġija oriġinali tinżamm u tintbagħat bil-posta jew tittieħed personalment fl-indirizz postali 759, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun jew fl-indirizz postali 81, Triq Santa Marija, ir-Rabat, Għawdex.
Din hija opportunità unika biex it-tfal u l-adolexxenti jesprimu t-talenti kreattivi tagħhom u jaraw xogħolhom ippubblikat fir-rivista tant għal qalb il-Maltin.



