Lokali Parlament

Suġġeriment fil-Parlament minn Deputat Nazzjonalista

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina ssuġġerixxa fil-Parlament li tiżdied il-frekwenza tal-karozzi tal-linja tar-rotot 120 u 204 peress li qed ikunu mimlija passiġġieri. Issuġġerixxa li terġa’ tiġi introdotta r-rotta Bus X2 mill-Fgura għall-Isptar Mater Dei waqt il-peak hours mill-5am sas-7am għax ħafna pazjenti li qed ikollhom vista l-isptar qegħdin jispiċċaw jitilfu l-appuntament tagħhom għax ma jaslux fil-ħin, minbarra l-fatt li diversi impjegati tal-Isptar Mater Dei qed jaslu tard għax-xogħol

Dan issuġġerixxih f’mistoqsija parlamentari lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi.

Il-Ministru Chris Bonett informa lid-Deputat Nazzjonalista li r-rotta X2 ma kenitx isservi l-Fgura, iżda kienet topera bejn San Ġiljan, Tas-Sliema, l-Isptar Mater Dei u l-Università, il-Marsa Park and Ride, Raħal Ġdid kif ukoll l-Ajruport.

 Qal ukoll li s-suġġeriment dwar żieda fil-frekwenza qed jittieħed fil-konsiderazzjoni.