L-Uffiċċju Metereoloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi li se jolqot lill-Gżejjer Maltin fis-sigħat li ġejjin.
Ir-riħ mistenni jilħaq Forza 7-8, u mistenni wkoll baħar qawwi u xita ħafifa.
Intant il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex iċempel 112 f’każ ta’ emerġenza u jeżerċita kawtela akbar, b’mod partikolari matul is-sigħat ta’ filgħodu u ta’ matul il-jum, ipoġġi b’mod sigur affarijiet li qegħdin fuq barra, jibqa’ attent għal bidliet fil-kundizzjonijiet tat-temp, u jsegwi l-istruzzjonijiet u l-avviżi uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet.
//= $special ?>

