Lokali

Xogħol tal-arti fil-wirja annwali tas-Soċjetà tal-Pastel ta’ Malta

Is-Soċjetà tal-Pastel ta’ Malta qed torganizza is-16-il Wirja Annwali 2026 bejn is-7 ta’ Frar u d-19 ta’ Frar 2026.  Din il-wirja tal-arti ser tkun imtella’ f’Palazzo Ferreria, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. 

L-artisti li qed jieħdu sehem f’din il-wirja huma Silvio Agius, Victoria Agius, Mary Clare Albanozzo, Noel Ancilleri, Alexandra Bugeja, Grace Cassar, Anthony Lucian Cauchi, Erika Chricop, Susan Desira, Keshani Douglas, Ray Farrugia, Jason Fenech, Joanne Fenech Portelli, Martin Formosa, Desiree’ Georgakopoulos, Carmen Grech, Adrian Hudson, Anthea Mayer, Elaine Mifsud, Catherine Mifsud, Vanni Pule, Elsa Romei, Ramon Vella Bamber u Lady Joanna Wallbank. 

Fil-wirja se jkun hemm madwar 44 biċċa xogħol li jinkludu, paesaġġi, ritratti, studji ta’ nudi, veduti tal-baħar, semi astratt u still life. L-iskop ewlieni tal-Pastel Society of Malta hu li jkomplu jħeġġu u jkabbru l-użu tas-soft pastel bħala medium għall-artisti u sabiex jikber l-għarfien u l-apprezzament minn naħa tal-pubbliku lejn dan l-istess medium.   

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9.00am sas-6.00pm  u s-Sibt mid-9.00am sa Nofs inhar. Id-dħul huwa bla ħlas.