Fost il-mediċini: Panadols, Sudocream, Calpol, Betadine, Nexium u Gavascol
Fil-Parlament, ix-Shadow Minister Stephen Spiteri fisser li kemm il-Kamra tal-Kummerċ kif ukoll sidien ta’ spiżeriji qasmu miegħu t-tħassib tagħhom minħabba żieda qawwija fil-prezz tal-mediċini.
Stephen Spiteri staqsa lill-Ministru tas-Saħħa sabiex jispjega x’inhuma r-raġunijiet wara dawn iż-żidiet fil-prezz tal-mediċini; madanakollu s’issa għadna mingħajr spjegazzjoni.
Fost il-mediċini li raw żieda fil-prezz hemm il-Ventolin Inhaler tal-mitejn puff…li żdied b’€4.34 għal prezz ta’ €7.49.
Qtar tal-widnejn Otosporin raw żieda ta’ 200% – hekk kif il-prezz żdied b’aktar minn €9 għal prezz kumplessiv ta’ €13.95.
Dan filwaqt li l-qtar tal-għajnejn Flarex, żdiedu bi 12-il ewro hekk kif jekk qabel kienu jiswew 5 ewro issa ġew jiswew €17.10.
Il-pilloli tal-Colmifen żdiedu bi €11 għal prezz ta’ €35.50, filwaqt li l-injections tal-Pleyris tal-25 milligramma żdiedu għal prezz ta’ aktar minn €78 b’żieda ta’ €21.
Żidiet qawwija li laqtu wkoll il-Panadols ta’ 48 pillola, b’żieda ta’ 33%, żieda fil-prezz tal-Betadine, Movicol, Gaviscol u Voltaren .
Dan filwaqt li żdied ukoll il-prezz tal-Calpol tat-tfal ta’ taħt is-6 snin.
Apparti minn hekk, is-Sudocream tal-400g li jintuża fost oħrajn għal kura tat-trabi ġie jiswa’ aktar minn €15, b’żieda enormi ta’ €5.60. Dan filwaqt li tal-250g żdied b’aktar minn 70% fejn ra wkoll żieda ta’ aktar minn €5, għall-prezz ta’ €12.65.
Immarkati żidiet ukoll fin-Nexium u r-Rennie, fil-mediċina tal-Exema u Psorisis – b’din tal-aħħar ikun affettwat il-prezz tal-Enstilar Foam tas-60g fejn ra l-prezz jiżdied għal aktar minn €80, b’żieda ta’ aktar minn €28.
Dan filwaqt li ċ-chewing gum Nicorette, għal min jixtieq jaqta t-tipjip żdied madwar €3.
B’kollox kien hemm madwar 100 mediċina li raw żieda fil-prezz tagħhom – żidiet li mingħajr l-iċken dubju se jaffettaw il-but tan-nies hekk kif dawn iż-żidiet ifissru li flok il-flus imorru għax-xiri ta’ kuljum bħal ħobż, ħalib u ġobon….se jkun hemm min ikun sfurzat joqgħod lura minn ċertu affarijiet bażiċi biex jixtru l-mediċina li qed jaraw iż-żidiet fil-prezz.
Żidiet li ġab unikament waħdu l-Gvern.
Żieda fil-prezzijiet li l-Ministru JoEtienne Abela kien wiegħed li ma kinitx se ssir, iżda kontra dak li qal….il-prezz tal-mediċini żdiedu.
//= $special ?>

