Lokali

Alex Borg juri tħassib serju dwar il-Bord li waqqaf Trump

Alex Borg kien ċar ħafna dwar il-kontroversja relatata mal-Bord tal-Paċi u l-istedina li irċieva l-Prim Ministru; stedina li l-poplu sar jaf biha, grazzi għad-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Mario DeMarco – illi fil-Parlament baqa’ jippressa lill-Prim Ministru.

Waqt il-programm ‘Il-Każin’ ma’ Jon Mallia, Alex Borg tkellem ukoll dwar it-traffiku, u l-bżonn li l-pajjiż ikollu viżjoni – kemm short term kif ukoll long term. Bil-Kap tal-PN jaqsam il-viżjoni tiegħu għal dan is-settur.

Hu fakkar ukoll li offra li jpoggi mal-Gvern madwar mejda; però s’issa Robert Abela għadu ma sejjaħlux.

Dwar is-settur tas-saħħa, Alex Borg fakkar li l-Gvern ta’ Abela nesa b’mod assolut kemm l-infrastruttura kif ukoll il-mediċini – bl-out-of-stock jibqgħu jiżdiedu.

Alex Borg kien mistoqsi wkoll dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.

Meta kien mistoqsi dwar iż-żieda kbira fil-popolazzjoni Alex Borg saħaq fuq l-importaza ta’ Labour Market Study.

Fuq kollox waqt dan il-programm ħareġ evidenti l-importanza ta’ kull individwu fil-politika li jħaddan Alex Borg.

Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jagħmel referenza wkoll għall-fatt li Robert Abela għamel rekord ta’ dejn Nazzjonali.