Raġel ġie arrestat wara li aktar minn 600 oġġett ġew misruqa minn kollezzjoni ta’ mużew f’Bristol. Il-pulizija qalu li r-raġel ta’ 41 sena ġie arrestat talli kien qed jimmaniġġja oġġetti misruqa. Aktar tard ġie rilaxxat, Iżda l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Is-serqa seħħet fil-25 ta’ Settembru tas-sena li għaddiet f’binja li tinsab f’Cumberland Road. Il-binja fiha oġġetti mill-Kollezzjoni tal-British Empire and Commonwealth tal-Mużew ta’ Bristol. Mill-investigazzjonijiet li saru mill-pulizija rriżulta li erba’ rġiel daħlu fil-mużew bejn is-1am u s-2am.
L-oġġetti misruqa huma ta’ valur importanti ħafna u jinkludu fost l-oħrajn, medalji, badges, ġojjellerija,carved ivory oġġetti tal-fidda u figuri tal-bronż. Ħafna minn dawn l-oġġetti ngħataw bħala donazzjonijiet u huma parti mill-istorja Brittannika.
//= $special ?>

