L-Ewropa għandha bżonn titkellem mar-Russja jekk trid issib mod kif tispiċċa l-gwerra fl-Ukrajna. Sostna dan il-Viċi Prim Ministru ta’ Lussemburgu, Xavier Bettel.
F’kummenti lil Euronews qabel laqgħa tal-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE fi Brussell, Bettel qal li biex tinsab soluzzjoni, taħditiet mal-Kremlin huma meħtieġa. Qal li jekk pajjiżi żgħar bħal Lussemburgu ma jistgħux jagħmlu dan, allura mexxej Ewropew bħal President Franċiż Emmanuel Macron, għandu jitkellem f’isem l-Ewropa.
Bettel ikkritika wkoll il-mod kif il-President Amerikan Donald Trump jittratta l-politika barranija u wissa li jekk ma jagħtix każ tal-liġi internazzjonali, din se taffettwa b’mod ħażin lill-pajjiżi iżgħar.
//= $special ?>

