Robert Ławniczak instab qawwi u sħiħ.
Dan kien ikkonfermat permezz ta’ stqarrija mill-Pulizija ta’ Malta li spjegat li r-raġel ta’ 57 sena ma għadux imfittex.
Aktar kmieni
Raġel Pollakk ta’ 57 sena bl-isem ta’ Robert Ławniczak, ġie rrappurtat nieqes f’pajjiżna , u l-pulizija qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstab.
Il-Pulizija ta’ Malta kkonfermat li ġie ppreżentat rapport ta’ persuna nieqsa u li hemm investigazzjoni għaddejja. Robert Ławniczak deher l-aħħar, it-Tnejn, 26 ta’ Jannar. Il-pulizija ppubblikaw ir-ritratt tiegħu fuq il-midja soċjali u appellaw lil kull min għandu informazzjoni sabiex jagħmel kuntatt magħhom.
Robert Ławniczak ilu jgħix u jaħdem f’Malta għal numru ta’ snin. Skont ħbieb tiegħu, huwa jgħix Għawdex u jaħdem bħala organizzatur tat-tours għat-turisti.
Għaddew aktar minn 30 siegħa mill-aħħar li deher. Skont il-Pulizija, fis-26 ta’ Jannar propju qabel ma sparixxa, huwa kien fid-dar tiegħu fix-Xagħra Għawdex. Huwa magħruf li l-mobile tiegħu huwa mitfi, il-karozza tiegħu għadha pparkjata fil-garaxx u li l-basket tiegħu instab id-dar.
Ħabiba tiegħu, li jisimha Paulina, kitbet fuq il-midja soċjali li l-aħħar kuntatt li kellha ma’ Robert kien propju it-Tnejn madwar is-6:30 p.m.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-kaz huwa ġentilment mitlub, sabiex jagħmel kuntatt mal-pulizija 21224001/119, iżur l-eqreb għassa tal-Pulizija jew jipprovdi informazzjoni b’mod anonimu.
//= $special ?>

