Il-kampanja “Malta: L-Ebda Mużika għall-Ġenoċidju” qed issejjaħ protesta nazzjonali nhar is-Sibt, 21 ta’ Frar, fit-3.00pm, li tibda minn quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta.
Artisti, għaqdiet, komunitajiet u membri tal-pubbliku se jingħaqdu f’mixja biex jitolbu li Malta tirtira mill-Eurovision 2026 sakemm l-istat ġenoċidali tal-Iżrael jitħalla jipparteċipa.
Il-kampanja hija mmexxija minn għaqdiet ta’ solidarjetà mal-Palestina, flimkien ma’ għaqda li tirrappreżenta lill-ħaddiema fis-settur tal-arti u d-divertiment. Il-kampanja diġà rċeviet l-appoġġ ta’ bosta persuni u għaqdiet, fosthom mill-Eks President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca, mill-Malta LGBTIQ Rights Movement (MGRM), minn għaqdiet tad-drittijiet tal-bniedem, minn unjin tal-ħaddiema, u minn għexieren ta’ persuni fix-xena tal-arti, inklużi mużiċisti, kittieba, atturi u produtturi.
//= $special ?>

